Wara 9 xhur ta’ pjannar, Steward Health Care Malta ħabbret li applikat biex tirriġenera l-Isptar San Luqa.
Fi stqarrija Stedward Healthcare qalet li l-applikazzjoni għall-iżvilupp mill-ġdid tal-isptar saret wara diskussjoni bejn l-awtoritajiet kkonċernati fosthom il-Gvern u l-Awtorità tal-Ippjannar.
Steward qed tipproponi li l-binja ta’ dak li kien l-isptar San Luqa jinbiddel fi sptar modern, bl-aqwa faċilitajiet mediċi moderni biex titjieb ħajjet il-pazjenti.
Il-President ta’ Steward Malta, Nadine Delicata tkellmet dwar l-importanza ta’ dan il-proġett li se jżied il-kwalità u s-servizz offrut.
Qalet li Steward Healthcare tinsab eċċitata ħafna sabiex twettaq dan il-proġett eċċitanti. Dan wara li twettaq il-proġett tal-iskola medika ta’ Barts f’Għawdex f’Novembru li għadda.