Il-President ta’ Malta George Vella ħabbar li l-11-il edizzjoni tal-‘President’s Solidarity Fun Run’ ser issir fit-26 ta’ Jannar 2020, dan wara li din l-attività kellha titħassar minħabba l-Maltemp f’Novembru li għadda.
Dan tħabbar waqt l-inawgurazzjoni tal-villaġġ żgħir tal-Milied fil-President’s Kitechen Garden biswit il-Palazz tal-President ta’ Sant Anton.
F’dan il-villaġġ, li ser idum miftuħ sal-Ħadd li ġej bejn l-10:00 sa 19:00, wieħed jista’ jsib diversi ikel u xorb tradizzjonali tal-Milied, ponzjetti, kotba tat-tisjir mill-qalb fost oħrajn, li l-qliegħ kollu ser imur għall-Istrina 2019.
F’din l-inawgurazzjoni l-President Vella flimkien ma’ martu Myriam Vella, appellaw sabiex għal sena oħra l-poplu Malti jerġgħa jkun ġeneruż ma’ dawk li huma fil-bżonn.