Sitt falkuni li nstabu feruti f’Ottubru li għadda reġgħu ġew meħlusa fl-abitat tagħhom wara diversi jiem ta’ rijabilitazzjoni mill-Bird Life Malta.
Dawn l-għasafar feruti nstabu f’diversi postijiet f’Malta u f’Għawdex, fosthom f’residenzi privati kif ukoll f’xi għelieqi.
Ir-rapreżentant ta’ BirdLife Malta, Nicholas Barbara, spjega il-proċess ferm delikat sabiex dawn l-għasafar jingħataw il-kura mill-ispeċjalisti.
Barbara stqarr: “Il-veterinarju jirrakomanda x’tip ta’ kura ikollhom l-għasafar ħafna drabi ġwienaħ miksura u dan ma jkunx jistgħa jtir wara jagħmlu perjodu fi spazju ristrett fejn inħallu l-għadam tal-għasfur jgħaqqad li jieġu proċess ta’ madwar erba’ ġimgħat wara dan nagħtu lill-għasfur aktar spazju fejn ikun jista’ jeżerċita l-ġwienaħ tiegħu.”
Wara dan il-proċess Barbara spjega li l-pass li jmiss kien li jerħu lil dawn il-falkuni mill-gżira siekta ta’ Kemmuna sabiex jerġgħu jibdew ipassu f’pajjiżi oħra.
Barabara temm jispjega: “Meta niġu biex inħarbuhom nagħżlu ż-żmien tas-sena li jkun tajjeb għal dawn l-għasafar f’dan il-każ il-falkuni li ħarrabna, l-ispanjulett jgħix anke malta fiż-żmien tax-xitwa jiġifieri huwa żmien adekwat għax ser isib ikel u jirenxxilu jżomm l-ambjent.”
Barbara temm jgħid li riżultat pożittiv li kellhom din is-sena kien li wieħed mill-ispanjuletti li ddewwa u tħarrabb f’Jannar li għadda minn Malta, nstab qawwi u sħiħ fl-Italja wara li ntgħaraf miċ-ċurkett li twaħħal minn BirdLife Malta.
Ritratt u filmat: BirdLife Malta