Kmieni dalgħodu għall-ħabta tat- 3.30 a.m il-pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom dan għaliex kien hemm persuna feruta fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan. Il-ġuvni mar l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li Olandiż ta’ 20 sena kien involut f’argument ma’ persuna oħra ukoll ta’ nazzjonalita barranija u dan tal-aħħar, allegatament tah daqqa ta’ ponn.
L-allegat aggressur qed jinżamm mill-Pulizija għall-iżjed stħarriġ, filwaqt li investigazzonijiet mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.