Persuna nqatlet u oħrajn weġgħu fi sparatura fil-kwartieri tas-sigurtà fil-kapitali Russa, Moska.
Xhieda fuq il-post qalu li l-isparatura seħħet fid-daħla ta’ dawn l-uffiċini, li qabel kienu jintużaw mill-KGB.
Fuq il-post hemm diversi uffiċjali tas-sigurtà u madwar ħames ambulanzi dehru li telqu minn fuq il-post.
Din l-isparatura saret sigħat wara l-konferenza annwali li jagħmel il-President Russu Vladimir Putin.