Fi Spanja, minn tal-inqas 12-il persuna jweġgħu u tnejn ġew arrestati wara l-protesti vjolenti li nqalgħu l-Erbgħa filgħaxija.
Dawn il-protesti bdew minn ġewwa l-grawnd tat-tim ta’ Barċellona, il-Camp Nou, hekk kif lgħabu mar-rivali Real Madrid. Dan id-derby, li huwa wieħed missielet sew twaqqaf għal xi ħin hekk kif xi partitarji bdew iwaddbu xi affarijiet fil-grawnd. Dan bħala messaġġ lil Gvern Spanjol sabiex jibda d-diskussjonijiet mal-Katalani sabiex jiksbu l-indipendenza.
Barra l-grawnd, l-affarijiet eskalaw hekk kif inġemmu xi demostranti u użaw il-vjolenza fuq l-uffiċjali tas-sigurtà.
Wara l-logħba, madwar 100,000 partitarju ġew gwidati sabiex joħorġu min naħa tan-nofsinhar tal-grawnd sabiex jevitaw il-ġlied. Oriġinalment, din il-logħba kellh ssir fis-26 t’Ottubru, però ġiet posposta minħabba l-protesti li kien hemm fir-reġjun ta’ Katalonja.