Fil-Pjazza tal-Mellieħa u mal-madwar, bejn illum u nhar il-Ħadd se tkun kollha attivititajiet, fl-attività Milied Mellieħi.
Il-ftuħ ta’ din l-attività ser issir illum il-Ħamis 19 ta’ Diċembru, fejn fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija se jkun hemm kunċert vokali mill-Kor tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina ġewwa l-Knisja tal-Manikata.
Il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru mis-sebgħa ta’ filgħaxija ‘l quddiem ser ikun hemm varjetà mużikali bis-sehem ta’ Kaya Giordano Psaila’s Choir, Future Voices, Guggan Musik Band u t-Tribute Band tal-Queen bl-isem ta’ Radio Queen.
Is-Sibt 21 ta’ Diċembru bejn l-għaxra ta’ filgħodu u nofsinhar ser ikun organizzatparty għat-tfal fil-pjazza tal-Mellieħa. Imbgħad bejn it-tlieta u nofs u l-erbgħa u nofs ser ikun organizzat attività għall-anzjani ġewwa Dar il-Madonna tal-Mellieħa. Filgħaxija imbagħad mis-sebgħa ‘l quddiem ser ikun hemm varjetà mużikali fil-pjazza tal-lokalità. Fost dawk li ser jieħdu sehem hemm il-Kor Vuċijiet Vittorjani, Artemocian Dance and Leisure Studio, Maria Cini fuq il-vjolin, Mark Anthony Bartolo u Tikka Banda.
Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru mis-sitta ta’ filgħaxija ‘l quddiem se jkun hemm varjetà ta’ mużika bil-parteċipazzjoni ta’ John Cutajar fuq il-pjanu, Kor tal-Għaqda Mużika Imperial, Daniela Vella u Cassandra Scerri, Malta’s Children Choir, Ben Purplle u l-grupp JAMM bi sehem tal-kantanti Corazon u Neville.
Din l-attività hija miftuħa miż-żgħar għal kbar, hekk kif matul dawn l-attivitajiet se jkun hemm bejgħ ta’ ikel u xorb tal-Milied minn diversi għaqdiet Melleħin, wirja ta’ presepji u krafts imtella’ mill-Art Club 200, esebizzjoni ta’ artiġġjanat imtella’ mil-Ladies Craft Circle u area għat-tfal fil-preżenza ta’ Father Christmas.
Din l-attività hija organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bl-appoġġ tal-Komunità Melleħija.