Vodafone ħabbar li l-kumpanija tat-tele komunikazzjoni Vodafone Malta se tkun qed tinbiegħ kollha kemm hi lil Monaco Telecom għall-valur ta’ kwart ta’ biljun ewro.
Fi stqarrija ntqal li Vodafone Malta se tibqa’ topera bil-wiċċ tal-kumpanija ġganteska Vodafone għal perjodu tranżistorju.
Dan il-bejgħ qed jistenna wkoll l-approvazzjoni regolatorju mill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, fejn din mistennija tagħti l-barka tagħha lejn l-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.
Sal-aħħar ta’ Marzu li għadda, Vodafone Malta ġġenerat mat-tnejn u tmenin miljun ewro ta’ dħul.
Dan filwaqt li Monaco Telecom kellha mitejn, tmienja u sebgħin miljun ewro ta’ dħul ġġenerat matul is-sena l-oħra.
L-ishma ewlenin ta’ Monaco Telecom huma f’idejn il-prinċipat ta’ Monaco u l-kumpanija tat-telekomunikazzjoni NJJ li topera fost l-oħrajn, f’Ċipru, l-Irlanda u l-Isvizzera.