Olandiż ingħata sentenza ta’ 4 snin ħabs wara li wieġeb ħati għal akkużi ta’ traffikar ta’ droga kokaina.
Din is-sentenza ngħatat wara patt mal-Avukat Ġenerali. Ryan Roberto Nordzee ttella’ l-Qorti f’Jannar li għadda fuq importazzjoni ta’ droga, konfoffa biex ibiegħa u talli ssupplixxa 300 gramma droga kokaina.
L-Olandiż kien arrestat flimkien ma’ żewġt irġiel oħra f’lukanda f’Tas-Sliema. Applikazzjoni mingħand l-akkużat flimkien mal-Avukat Ġenerali kienet ippreżentata fil-Qorti jumejn ilu li fiha kien hemm dikjarazzjoni ta’ qbil li l-kastig ikun ta’ 4 snin priġunerija u multa ta’ €10,000.
Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti laqgħet din l-applikazzjoni.