Is-Senat Amerikan mistenni jieħu vot dwar numru ta’ akkużi li d-Demokratiċi Amerikani se jressqu formalment kontra l-President Donald Trump. Dan dwar allegazzjonijiet li Trump żamm lura milli jgħin lill-Ukrajna wara li talab il-Gvern jinvestiga lill-avversarju politiku tiegħu Joe Biden. Id-Demokratiċi mistennija japprovaw dawn l-akkużi, u b’hekk Trump jaffaċċja kawża kostituzzjonali fis-senat fi żmien xahar. Minkejja dan rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li minħabba li s-Senat iħaddan maġġoranza Repubblikana ftit li xejn hemm ċans li dan jivvota biex Trump jitneħħa minn President.
Aktar qabel, kien irrapportat li l-President Amerikan kiteb ittra ta’ sitt paġni lid-Demokratika Nancy Pelosi, fejn diha ddeskriva l-każ kontrih bħala attentat kolp ta’ stat u ġennata politika.
Jekk b’xi mod il-maġġoranza tas-senat jikkonferma dawn l-akkużi, Donald Trump ikun it-tielet President Amerikan fl-istorja li tneħħa minħabba dawn it-tip ta’ akkużi.