Wara li dalgħodu l-Imħallef Lawrence Mintoff ordna l-arrest ta’ Keith Schembri biex jixhed fl-aħħar ħinijiet il-pulizija dehru jidħlu fir-residenza tiegħu.
Hu mifhum li huma għamlu dan biex jesegwixxu l-ordni tal-Imħallef u Keith Schembri jitla’ jixhef fil-kawża li qed jagħmel Yorgen Fenech, akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, biex l-investigazzjoni ma tibqax immexxija mill-Ispettur Keith Arnaud.
Keith Schembri mistenni jasal il-Qorti fil-ħin li ġej wara li l-Pulizija u l-marixalli tal-Qorti marru fir-residenza tiegħu. F’kumment li ta lill-ġurnalisti fil-proprjetà tiegħu, Schembri qal li huwa qatt ma ġie nnotifikat biex jidher bħala xhud.
Schembri kkopera mal-Pulizija. Huwa wasal il-Qorti għall-ħabta ta’ 11:45.
Minkejja li Keith Schembri wasal il-Qorti mhux se jixhed illum, minħabba li l-Imħallef Wenzu Mintoff qal li l-każ se jkompli għada. Waħda mir-raġunijiet għal dan hija li l-Avukat Victoria Buttigieg għandha ċ-ċerimonja tal-Avukat tal-Istat.