Il-Kummissarju għall-Persuni b’Diżabbilta Oliver Scicluna kkundanna l-aġir ta’ dimostranti li waqt il-parata ta’ Jum ir-Repubblika.
Huwa kkundanna dan l-aġir wara li ġie kkuntatjat minn numru ta’ ġenituri ddiżappuntati li skonthom raw lilhom infushom u lil uliedhom jiġu imżebilħa quddiem il-folla waqt li kienu miexjin fil-Belt Valletta.
Il-ġenituri tat-tfal tal-Olimpjadi Speċjali qalu lil Scicluna li kemm huma u kif ukoll uliedhom spiċċaw oġġett ta’ żufjett wara li l-atleti, li huma tfal b’diżabbiltà kif għadhom kif irċivew il-midalja għall-Qadi tar-Repubblika.