Ħamsin sena ilu bħal-lum, it-tim nazzjonali Ingliż rebaħ it-Tazza tad-Dinja, l-uniku suċċess internazzjonali sa issa. Kien fl-elf disa’ mija sitta u sittin meta f’Wembley Stadium, quddiem kważi mitt elf ruħ, l-Ingilterra għelbet lil Ġermanja tal-Punent bl-iskor ta’ erbgħa bi tnejn.
L-Ingilterra kienet tista’ tgħid għalqet il-logħba fil-ħin barrani b’gowl kontroversjali. Dan meta jingħad li t-tielet gowl ma kienx qabeż il-linja iżda ir-referi kien sostna li l-gowl kien wieħed validu. Intant Sir Bobby Charlton u Sir Geoff Hurst, żewġ membri tat-tim Ingliż rebbieħ se jkunu qed jaqsmu l-esperjenza ma’ għaxar t’elef spettatur, f’kommemorazzjoni fl-istess stadium fejn kienu għollew it-tazza.
https://www.youtube.com/watch?v=qUrYH1pp-SE