Il-Ħadd filgħodu l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kompla fejn ħalla fil-Kunsill Ġenerali Straordinarju ta’ nhar il-Ġimgħa b’attakki isteriċi kontra l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna li fl-aħħar ġimgħat urew is-saħħa tagħhom u li jaħdmu.
Delia qal: “Ix-xogħol, anke dak li konna qed nieħdu for granted, is-sisien li jibnu l-pajjiż tagħna tgħerrew”
B’ton aggressiv bħal predeċessur tiegħu, huwa infexx jikkritika lil kull min jiġi f’ilsienu bil-għan li jipprova jingħoġob mal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li ilha sentejn u nofs tipprova tqaċċtu mit-tmun tal-Partit Nazzjonalista.
Intant fl-istess attività tħalla jitkellem għall-ftit minuti Beppe Fenech Adami li flimkien ma’ sħabu tal-fazzjoni Busuttil jieħu kull opportunità biex jimmina u jaqta’ saqajn il-Kap.
F’dagħdigħa liema bħalha Fenech Adami attakka lill-Prim Ministru.
“Inti li int kaptan, inti la inti baħri.”
Min-naħa l-oħra l-Viċi-Kap David Agius iddeskriva l-iżbalji li għamel il-Partit Nazzjonalista bħala żgħar.
“L-iżbalji żgħar tagħna huma ferm żgħar”
Dan filwaqt li l-Kunsillier Justin Schembri, kandidati leali lejn il-kamp ta’ Delia u li jagħmel li jista’ biex jieħu post Fenech Adami fid-distrett għamel din id-dikjarazzjoni surreali.
“Adrian Delia, Karkariż ukoll li llum qed jerfa’ r-responsabilità”
Din id-dikjarazzjoni ma tinżel xejn tajjeb lanqas mal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li skontha Delia mhux Kap Nazzjonalista kredibbli għaliex ir-responsabilità mhux talli ma refahiex iżda farfar minnha.
Dan fl-isfond li ma’ faxxa kbira ta’ Nazzjonalisti , Delia baqa’ ma tantx igawdi fiduċja wara li anki Daphne Caruana Galizia kienet allegat li Adrian Delia daħħal flus f’kont f’bankarju f’Jersey li ġejjin mill-prostituzzjoni f’Soho.
Dwar dawn l-allegazzjonijiet Delia baqa’ qatt ma talab inkjesta maġisterjali u f’anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa mill-qtil ta’ Caruana Galizia, Delia mar jirtira ħames libelli li fetħilha dwar dawn l-allegazzjonijiet serji.