Erba’ persuni kellhom jittieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident stradali fi Triq Dun Karm, l-Imsida.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-19:00, xħin seħħ impatt bejn vettura tat-tip Hyundai Tucson misjuqa minn Somalu ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar u BMW 320CD Sport misjuqa
minn raġel ta’ 22 sena residenti l-Ħamrun.
Mara ta’ 27 sena residenti l-Mosta u mara ta’ 22 sena residenti tas-Sliema kienu passiġġiera fil-Hyundai Tucson.
Fuq il-post immedjatament issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna flimkien ma’ ambulanza li ħadet l-erba’ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ta’ 22 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li t-tliet persuni l-oħra ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin