Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO informat lill-klijenti kollha tagħha li s-servizzi tal-internet kemm dak fiss, kif ukoll mobile, ġarrab ħsarat u bħalissa mhumiex qegħdin jaħdmu.
Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li konsegwenza ta’ din il-ħsara, iċ-channels diġitali tal-call centre huma wkoll bil-ħsara.
Qalet li bħalissa hemm tim ta’ inġiniera li qegħdin jaħdmu bla waqfien sabiex isibu l-ħsara u jwettqu t-tiswijiet meħtieġa.
Filwaqt li fissret id-dispjaċir tagħna għal dan l-inkonvenjent, il-kumpanija Go qalet li se tibqa’ tikkomunika kull żvilupp li se jkun qiegħed iseħħ.