Fir-Renju Unit fl-aħħar jum tal-kampanja elettorali qabel l-elezzjoni ġenerali tal-Ħamis, il-mexxejja ewlenin komplew iduru mal-pajjiż.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson beda l-aħħar jum tal-kampanja jqassam il-ħalib fid-djar filwaqt li żar fabbrika f’Wales filwaqt li l-mexxej tal-Partit Laburista Jeremy Corbyn ingħata laqgħa sabiħa f’Sheffield.
Stħarriġ tal-opinjoni pubblika baqa’ juru li l-Partit Konservattiv ta’ Johnson mistenni jirbaħ l-elezzjoni ġenerali u jikseb l-akbar ammont ta’ siġġijiet fil-House of Commons.
Kif mistenni din l-elezzjoni hija ferm missielta fuq il-kwistjoni ta’ BREXIT.
Ritratt: AFP