Fil-bini tal-Qorti u barra bħalissa hawn sigurtà stretta minn uffiċjali tal-Faċilità Korettiva ta’ Kordin. Bħalissa qegħdin isiru tfittxijiet fl-awla minn suldati u kelb tal-pulizija f’awla numru 9 fejn se tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra n-negozjant Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Forzi tal-ordni qegħdin jużaw il-mezzi tas-sigurtà kollha possibli, minħabba s-sensittività ta’ dan il-każ.
Il-kumpilazzjoni se tibda fi 12:30 quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.