Fl-aħħar jum li fiha kienet qed tilqa’ għan-nominazzjonijiet għall-elezzjoni każwali fit-tielet distrett, il-Kummissjoni Elettorali rċeviet nomina oħra biex b’hekk hemm erba’ nomini.
Fit-tielet distrett jeħtieġ jimtela’ s-siġġu parlamentari ta’ Helena Dalli li rriżenjat minn membru parlamentari hekk kif issa hija Kummissarju Ewropew.
L-aħħar nomina li daħlet kienet ta’ Jean Claude Micallef.
L-għadd tal-voti għal din l-elezzjoni każwali se jsir nhar l-Erbgħa li ġej.