Il-Ġurnalista ta’ ONE NEWS Nicole Buttigieg ġiet mhedda b’ittra anonima li rċeviet illum waranofsinhar fid-dar tagħha.
B’reazzjoni, Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni.
Il-ġurnalista kellha tirrikorri għand il-Pulizija biex tagħmel rapport.
L-IĠM tenna li l-ebda forma ta’ theddid u intimidazzjoni fuq membru jew membri tal-korp ġurnalistiku ma jiġi ttollerat jew aċċettat u għandu jiġi kkundannat bil-qawwa kollha.
L-IĠM wera solidarjetà mal-ġurnalista u sejjaħ lill-korp tal-Pulizija biex joffri il-protezzjoni meħtieġa lejn il-membri tal-korp ġurnalistiku u jinvestiga il-każ, kif għandhom jiġu investigati il-każi kollha ta’ theddid fuq il-membri tal-istampa u x-xandir, biex jinstab min kien wara dan it-theddid u jitressaq quddiem il-ġustizzja.
Dan kien l-aħħar minn sensiela ta’ theddid li l-ġurnalisti ta’ ONE News kienu fil-mira tagħhom waqt il-qadi dmirijiethom fl-aħħar ġimgħat.