Abdi Sudi Mohamed li għandu tnejn u għoxrin sena mis-Somalja nżamm arrestat wara ttella’ l-Qorti mixli bil-qtil ta’ Bakri Bashir Alnur, Eritrejan ta’ ħamsa u għoxrin sena.
Il-każ seħħ fid-29 ta’ Novembru fejn tard filgħaxija fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa fejn l-akkużat flimkien ma’ xi persuni oħra kkonfrontaw lill-vittma.
Mohamed kien akkużat ukoll seraq lill-vittma u li kien fil-pussess ta’ arma li taqta’ mingħajr liċenza maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija.
L-akkużat li ttella’ mill-ispetturi James Grech u Wayne Camilleri stqarr fil-Qorti li m’għandux residenza fissa.
Aktar kmieni din il-ġimgħa ttella’ raġel ieħor b’rabta mal-każ iżda anki hu baqa’ jinżamm arrestat u fil-ġimgħat li ġejjin ser tibda l-kumpilazzjoni fil-konfront tiegħu.