Minkejja l-kritika ħarxa tal-Oppożizzjoni fil-konfront tal-Pulizija, il-kap tad-delegazzjoni ta’ membri parlamentari Ewropej li jinsabu f’Malta Sophie In ‘T Veld iddikjarat li l-Pulizija Maltija għamlet u qiegħda tagħmel xogħol serju u professjonali fl-investigazzjonijiet tagħha dwar l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.
F’kummenti lill-ġurnalisti fi tmiem laqgħat ta’ sagħtejn fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija dwar l-investigazzjonijiet fil-qtil ta’ Caruana Galizia, l-ewroparlamentari In ‘t Veld qalet li d-delegazzjoni kellha diskussjoni twila mal-pulizija u waqt li sostniet li ma tistax tidħol fid-dettal ta’ dak li ġie diskuss, qalet iżda li sar progress kbir fl-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-qtil.
“I think we can say we’ve all seen that a lot of progress has been made in recent weeks – there have been – a lot of steps has been taken – its clear that a lot of work went in to that as well we can also see that although it is necessary for the police to practice the necessary discretion that cases are not closed and the work is ongoing”.
Mistoqsija direttament jekk taqbilx mal-kritika li qiegħda ssir fil-konfront tal-Kummissarju tal-Pulizija u jekk din hix ġustifikata, l-ewroparlamentari tenniet li l-Pulizija Maltija għamlet xogħol kbir u nnotat id-dedikazzjoni tagħhom f’din l-investigazzjoni li wasslet sabiex fl-aħħar ġimgħat ġie arrestat u mressaq il-qorti s-suspett mandant.
“We have seen that a huge of hard work is going into it – there is a lot of dedication – but there is also need to be discreet on the ongoing investigations and that’s the nature of the work I think – but I see that the work is not done yet. They continue to work. Cases are open – investigations are being conducted and I do have trust that they are putting all the energy into it to make sure.
Hija kompliet tisħaq li qed isir ħafna xogħol.
“I don’t think that we can talk about details. But I can tell you that a lot of hard work is being done”, qalet il-kap tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew.
Hija kompliet ittenni li l-Pulizija qiegħda tagħmel xogħol professjoni anke bl-involviment tal-Europol.
“We asked questions. We got answers and what I see give me the feeling that yes they are working very hard it’s not over yet and they are doing a professional job.
I can also see that Europol had a very active role – it is involved in large parts of the investigation – I cannot judge exactly what they are doing but that is confidential clearly but yes they are doing a serious job”.