Folla numeruża nġabret b’mod spontanju quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex tagħti s-sapport tagħha lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Dan wara li fl-indirizz tiegħu lin-Nazzjon il-Ħadd filgħaxija ħabbar li ser jibda l-proċess biex il-Partit Laburista jkollu mexxej ġdida f’Jannar li ġej imbagħad eventwalment isir Prim Ministru ta’ Malta.