Il-captain tat-tim nazzjonali Ġermaniż Bastian Schweinsteiger irtira mit-tim nazzjonali Ġermaniż. Iċ-champion tad-dina kiteb fuq facebook li għarraf lill-kowċ tat-tim nazzjonali biex ma jikkunsidrahx iktar.
Qal li f’120 logħba għadda fost l-isbaħ mumenti u żied li l-aħħar għan li kellu kien li jirbaħ l-EURO 2016.
“Ma ġratx, ikolli naċċettaha,” kiteb l-idolu ta’ ħafna partitarji ta’ Bayern Munich u l-Ġermanja.
Irrifletta wkoll fuq ir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja u qal issa t-tim irid ikompli jiġġedded biex jiddefendi t-titlu fl-2018. “Se nkun qed inħalli familja,” żied jikteb il-Ġermaniż li fisser ukoll kif kien unur jilgħab għall-partitarji tal-flokk abjad li bis-saħħa tiegħu wkoll llum għandu erba’ stilel.