Kinaan Abdinasir, Somalu ta’ 23 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li qatel b’daqqiet ta’ mqass lill-Eretrian ta’ 25 sena tard il-Ġimgħa filgħaxija fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli, is-Somalu wieġeb mhux ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontrih.
Is-Somalu ġie mixli wkoll li fil-pusses tiegħu kellu arma mingħajr liċenzja mill-Kummissarju tal-Pulizija.
Id-difiża tmexxiet mill-Avukat tal-Għajnuna Legali Noel Bartolo filwaqt li l-Ispetturi James Grech u Wayne Camilleri mexxew il-prosekuzzjoni.
http://www.one.com.mt/2019/12/02/il-pulizija-ssolvi-l-qtil-li-sehh-il-gimgha-fil-marsa/