Ir-raġel li wettaq l-attakk b’sikkina fuq il-‘London Bridge’ kien diġa instab ħati b’reati terroristiċi lura fl-2012.
Huwa kien ingħata l-permess biex joħroġ mill-ħabs lura f’Diċembru tal-2018 u issa se jkunu qed isiru investigazzjonijiet sabiex jistabilixxu kif Usman Khan ta’ 28 sena spiċċa wettaq dan l-attakk.
L-attakk b’sikkina ħasad il-ħajja ta’ raġel u mara filwaqt li ħalla tlieta oħra feruti.
Khan inqatel ukoll mill-pulizija wara li persuni pajżana li kienu fuq il-post irnexxielhom iżommuh.
Iktar tard il-pulizija iddikjarat dan l-attakk bħala wieħed terroristiku.