Fi stqarrija l-Partit Laburista qal ma kien kien hemm ebda komunikazzjoni uffiċjali mill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat.
Għalhekk il-partit Laburista qed jsostni li ħadd m’għandu jinġabar quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista kif qed jintalab permezz ta’ messaġġi fuq mezzi soċjali.
Il-Partit Laburista żied jgħid li Il-Prim Ministru ddikjara u kien ċar ħafna li huwa ffukat fuq il-bżonnijiet tal-pajjiż u biex ‘under his watch’ jissolva wieħed mill-iktar każi serji li qatt seħħew f’pajjiżna.