Brad Goobright ta’ 31 miet waqa’ għoli ta’ madwar 90 sular waqt li kienet qiegħed jixxabbat ma’ sieħbu f’irdum fil-Messiku.
Aidan Jacobson li kien ma’ Gobright fil-ħin tal-inċident spjega li huma kienu qegħdin jixxabtu b’ħabel wieħed u jinżlu fuq kull naħa tal-ħabel. Dan billi jużaw il-piż ta’ xulxin.
Huwa spjega li huma waqgħu għal isfel, hekk kif semgħu ħoss ta’ xi ħaġa tfaqqa’. Jacobson irnexxielu jsalva minħabba li għadda minn ġo siġra u straħ fuq xifer li kien hemm fl-irdum. Iżda sfortunatament, Gobright baqa’ nieżel l-isfel.
Il-vittma kien magħruf minn bosta għal diversi sfidi li kien jagħmel fejn ġieli kien jixxabbat ma bosta rdumijiet mingħajr ma jkun marbut jew liebes ilbies protettiv.