Il-Police Officers Union ikkundannat il-vjolenza użata fuq il-pulizija waqt protesta li saret ilbieraħ minn Occupy Justice u Repubblika.
F’din il-protesta, wieħed mid-dimostranti nqabad ixejjer daqqa ta’ ponn lil pulizija li kien qed jipprova jikkontrolla s-sitwazzjoni.
Il-‘POU’ saħqet li hija taqbel mad-dritt Kostituzzjonali li individwu jipprotesta. Madankollu qalet li ma tittollerax li jkun hemm min jabbuża minn dan id-dritt u juża l-vjolenza fuq il-pulizija.
L-istqarrija kompliet b’appell sabiex kull persuna li tuża vjolenza fuq pulizija titressaq il-Qorti.