Meta Bill Gates, b’mod delikat, ġibed ħabel aħmar u abjad biex jixħet fuq rasu barmil mimli ilma bis-silġ, ftit ħasbu fil-motor neuron disease.
Iżda l-Ice Bucket Challenge, kampanja li nxterdet f’kemm ilna ngħidu fl-2014, ħalliet ħafna persuni famużi jtertru: Mark Zuckerberg, George W. Bush…anke Joseph Muscat u Simon Busuttil!
Permezz ta’ dik l-inizjattiva inġabru aktar minn $115 mijlun f’xahar wieħed. B’hekk xjentisti għandhom żewġ affarijiet: il-fondi u r-rieda li jsibu kura, u donnhom jinsabu ftit iktar qrib. L-ewwel li għamlu kien li identifikaw tipi differenti ta’ ALS. Kmieni din il-ġimgħa, xjentisti mill-Università ta’ Massachusetts ħabbru li skoprew tip ta’ gene, magħrufa bħala NEK1, li se tgħin biex tkun żviluppata terapija għal ċertu forom tal-ALS.
Dwar dan tkellimna mal-Malti Bjorn Formosa, li għandu l-ALS u li qed jikkampanja kemm jiflaħ sabiex il-poplu jifhem xi tfisser din il-marda.
Segwi x’qal hawn
https://www.youtube.com/watch?v=W1hdyX5hWiU