Prosekuturi Franċiżi identifikaw it-tieni raġel li qatel qassis fi knisja fi Franza nhar it-Tlieta li għadda bħala Abdel Malik Petitjean, li kellu dsatax-il sena.
Huwa mifhum li dan ilu mfittex mill-ġimgħa l-oħra wara li rċivew informazzjoni li kien qed jippjana attakk.
L-aggressur l-ieħor kien diġa ġie identifikat bħala Adel Kermiche ta’ dsatax-il sena.
L-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku ppublika filmat li fih, iż-żewġt irġiel li qatlu l-qassis jesprimu l-lealta lejn l-istess grupp.
L-identifikazzjoni saret wara li uffiċjali sabu karta tal-identita fid-dar ta’ Kermiche, li rriżultat li kienet tat-tieni aggressur, li wiċċu spiċċa sfigurat wara li l-pulizija fetħu n-nar u qatlu liż-żewġ aggressuri.