Il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius iltaqgħu ma grupp ta’ atleti li riċentament rebħu kampjonati Ewropej prestiġġjużi f’oqsma sportivi differenti.
L-atleti li laqa’ il-Prim Ministru Muscat kienu Nathan Lee Xuereb li rebaħ il-kampjonat Ewropew tad-double trap fl-Italja, l-iskwadra tar-rugby tal-irġiel li rebħu l-kampjonat fl-Ungerija, it-tim tan-nisa tar-rugby li rebħu l-kampjonat fil-Bosnia, u Helene Pellicano, l-ewwel atleta Maltija il-Junior European Championships fit-tennis.
Il-Prim Ministru awgura ħafna iktar suċċessi għal dawn iż-żgħażagħ, li fi kliemu għadhom ma laħqux il-mira tal-karriera sportiva tagħhom.
L-atleti preżenti ingħataw plattina tal-fidda mill-Prim Ministru bħala tifkira mhux biss tal-unur li għamlu lill-pajjiżna, imma ukoll biex ikollhom memorja tal-esperjenza li swietilhom tant ġid.