Żewġ qassisin ingħataw sentenza ta’ 40 sena ħabs wara li nstabu ħatja li abbużaw minn tfal neqsin mis-smigħ fi skola tal-Knisja fl-Arġentina.
Dawn l-abbużi saru minn Joracio Corbacho u Nicola Corradi bejn l-2004 u l-2016, fi skola li tinsab fil-provinċja ta’ Mendoza.
Il-verdett ingħata fil-Qorti quddiem għadd ta’ vittmi.
Dan il-każ ixxokkja lill-pajjiż. Ħafna nies qegħdin jakkużaw lill-Knisja li qed iddum ma tieħu azzjoni dwar abbużi mwettqa mnn membri tal-Kleru fuq it-tfal.
Ritratt: Reuters