Huwa dmir tal-Gvern jew persuni f’awtorità għolja jinfurmaw lill-pubbliku, u iva anki l-Prim Ministru għandu dritt jagħmel dan.
Dan sostnieh l-Avukat Joe Brincat meta kkwota sentenza tal-Qorti Ewropea dwar kummenti li jistgħu jgħaddu uffiċjali pubbliċi biex jgħarrfu lill-pubbliku dwar investigazzjonijiet kriminali li jkunu għaddejjin.
Dan fl-isfond ta aġġornamenti li tal-Prim Ministru lill-midja dwar żviluppi fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia
Brincat spjega: “Il-Qorti Ewropea qalet li huwa dmir li l-Gvern jew il-persuni jew persuni f’awtorità għolja jinfurmaw lill-pubbliku għax anki iridu jagħtu sodisfazzjon li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu. il-każ li semmejt ta’ malta saħansitra qalu iva anki l-PM għandu d-dritt li jinforma f’affarijiet li huma ta’ ċerti serjetà.”
L-Avukat veteran sostna li l-Prim Ministru għandu limitu sa fejn jista’ jikkummenta. Fakkar fil-każ ta’ Richard Cachia Caruana fejn il-kummenti tal-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami kienu qabżu l-limitu u kien saħansitra twiddeb mill-Qrati Maltin u Ewropej.
Dr Brincat sostna: “Meta kien hemm il-każ ta’ RCC u fiha l-pm dak iż-żmien, bil-Ministru tal-Ġustizzja, eċċ kien madwaru u kienu qed jgħidu x’ġara x’kien hemm ġewwa l-investigazzjoni u għala dawn il-persuni kienu ħatja qal però se nieħdu passi kontra tagħhom għaliex il-ġustizzja hekk titlob. dik il-Qorti Maltija, kostituzzjonali u l-Qorti tal-UE qalu le hawnhekk qabeż il-limiti ma kienx qed jinforma imma kien qed jiġġudika u jgħid, jagħti l-verdett ta’ ħtija qabel ikun hemm il-proċess.”
Hawnhekk Brincat semma wkoll żewġ episodji differenti fejn membri tal-Gvern taw aġġornamenti dwar każi u f’każ kbir ieħor kien hemm Ministru li mexxa l-investigazzjoni kollha hu.
“Sibtlu żewġ każi jien. Wieħed minnhom tal-Belġju fejn il spjega x’investigazzjoni kien hemm. L-oħra aktar importanti kienet ta’ franza meta kien hemm Francois Holland bħala President b’poteri ta’ Prim Ministru illi qal qed ninvestigaw u l-investigazzjoni qed imexxiha l-Ministru tal-Ġustizzja.”
Huwa reġa’ tenna li l-Prim Ministru għandu kull dritt leġittimu li jikkummenta l-fatti sakemm iżomm mal-limiti li jippermettu lilu.
Brincat temm jgħid: “Hawnekk kulħadd jitkaża għax mhux suppost u hekk meta l-PM għandu kull dritt li jibqa’ sal-limitu li jgħid li hemm xi nies li ġew arrestati. Hemm xi nies li qed jiġu investigati, hemm bżonn aktar żmien. dak huwa leġittimu. imma mhux qed jgħid x’jiġri hemm ġew jew xi ħadd huwa ħati. Dan mhux il-kompitu ta’ ħadd bħal ma kienx il-kompitu ta’ Eddie Fenech Adami.”