Raġel ta’ 35 sena mill-Imsida nżamm arrestat wara li ġie mixli li seraq u hedded lill-ommu li għandha 77 sena.
Stephen Zammit tressaq quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello fejn ġie akkużat fuq serq ta’ diversi oġġetti ta’ valur.
Huwa wkoll ġie mixli bi frodi u falsifikazzjomijiet, li ffastidja lill-ommu u li kiser kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża.
Fil-Qorti ġie spjegat li l-oġġetti misruqa kienu ċurkett, sett tat-televiżjoni u diversi oġġetti oħra li l-ammont tagħhom jaqbżu l-valur ta’ €2,300.
Il-Prosekuzzjoni qalet li omm Zammit għamlet diversi rapporti lill-pulizija dwar binha.
Filwaqt li l-akkużat wieġeb li mhux ħati, id-difiża ma talbitx għal libertà proviżorja peress li l-imputat jgħix ma’ ommu.