Raġel ta’ 62 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ f’bir vojt fir-residenza tiegħu fi Triq il-Lellux, iż-Żejtun. Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fid-dar, iżda s-sellum tiegħu nqasam, b’riżultat li sab ruħu fil-bir. Huwa rnexxielu jitla’ mill-bir waħdu, iżda ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.