Ħidma mill-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta fit-toroq Maltin waslet għal arrest ta’ numru ta’ persuni li nstabilhom fuqhom sustanzi llegali bħall-kokaina, Eroina, u diversi blokkok tal-kannabis. Dawn is-sejbiet saru waqt numru ta’ roadblocks f’diversi akwati tal-gżejjer Maltin. Stqarrija tal-Korp tal-Pulizija qalet li f’dawn ir-road blocks ġew imwaqqfa mad-900 vettura.
Fost dawn il-vetturi li ġew imwaqqfa kien hemm ukoll xufiera li nqabdu jsuqu taħt l-influwenza tal-alkoħol kif ukoll twaqqfet karozza li kienet qed tinstaq bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni differenti.
Ġie arrestat ukoll persuna li nqabad isuq f’ħin li mhux suppost kien qiegħed barra fih minħabba kundizzjonijie t imposti fuqhu mill-Qorti.
F’uħud mill-karozzi li ġew imwaqqfa instabu wkoll ammont sostanzjali ta’ flus kontanti fuq passiġġiera li fil-pussess tagħha kellha d-droga u kif ukoll lembuba.
Il-Pulizija tal-RIU kellha wkoll tiġri wara karozza hekk kif malli x-xufier lemaħ ir-roadblock dawwar lura. Din il-karozza twaqqfet ftit tal-ħin wara u ġo fiha nstab mus, sustanza allegatament illegali u pakkett sustanza bajda moħbi fuq il-persuna tal-passiġġier.