Numru ta’ tfal mir-Renju Unit li nqabdu fil-gwerra ċivili fis-Sirja mistennija jintbagħtu lura l-Ingilterra.
Dan ikkonfermah il-Ministru għall-Intern Ingliż, Dominic Raab, li żied ukoll li dawn it-tfal se jkunu l-ewwel ċittadini Ingliżi li se jinġiebu lura djarhom minn żona fis-Sirja li kienet taħt il-ħakma tal-Istat Iżlamiku. Huma mistennija jaslu r-Renju Unit fil-jiem li ġejjin grazzi għal trasport provdut mill-Gvern.
Raab temm jgħid li mal-wasla tagħhom it-tfal se jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ biex kemm jista’ jkun ikomplu jgħixu ħajja normali.
Ritratt: CBS News