Taħt skola fl-istat Amerikan ta’ Florida instabu 145 qabar.
Oqbra li jifformaw parti minn ċimiterju tas-seklu 20 għal nies foqra.
It-twiebet – midfuna metru u nofs taħt l-art – ġew skoperti b’radar wara li l-iskola ġiet mgħarrfa bil-possibilità li tinsab f’żona li qabel kienet ċimiterju.
Ir-rekords juru li hemm midfuna aktar minn mitejn u ħamsin persuna, ħafna minnhom Afrikani-Amerikani.
Aktar minn sebgħin minnhom kienu trabi jew tfal żgħar.
Skont l-amministrazzjoni tal-iskola, qed jitħejjew pjanijiet biex il-binja titneħħa.
Ritratt: BBC News