Il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba rrappreżenta lill-Parlament Ewropew fit-38 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-Unjoni Ewropea (UE) li qed issir f’Kigali, r-Rwanda. Matul il-laqgħa ta’ din is-sena, is-suġġetti tat-tibdil fil-klima, t-tkabbir sostenibbli, is-sigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni u l-migrazzjonikienu fuq nett tal-aġenda tal-Assemblea.
Bħala Ko-President, l-Ewroparlamentari Agius Saliba ippresieda l-Kumitat Politiku waqt l-Assemblea, fejn mexxa dibattiti ewlenin dwar il-futur tal-Ftehim ta’ Cotonou u l-impatt tal-midja soċjali fuq il-governanza, l-iżvilupp, id-demokrazija, u l-istabbiltà. Waqt il-laqgħa bhala shadow rapporteurtal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, huwa ppreżenta wkoll l-ewwel rapport tiegħu dwar “Id-Demokrazija u r-rispett għall-kostituzzjoni fil-pajjiżi tal-UE u fl-istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku.”
“Barra li ppreżenta r-rapport tiegħu, huwa kien ukoll il-kelliem tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċifuq żewġ dibattiti importanti, dwar il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini żgħażagħ fil-ħajja pubblika fil-pajjiżi tal-AKP u tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq il-migrazzjoni u t-tkabbir sostenibbli għaċ-ċittadini: investimenti f’impriżi mikro, żgħar, medji u start-ups.”
“Il-qgħad fost iż-żgħażagħ jinsab f’livell ta’ kriżi fil-pajjiżi AKP. Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini żgħażagħ fil-ħajja pubblika, kemm f’pajjiżi tal-AKP kif ukoll f’dawk tal-UE, għandha impatt dirett fuq l-aspetti ekonomiċi, politiċi, soċjali u kulturali tas-soċjetajiet tagħna. Irridu ninvestu fil-ġenerazzjoni żagħżugħa, nindirizzawil-qgħad fost iż-żgħażagħ, nipprovdu impjiegi, opportunitajiet u edukazzjoni għaż-żgħażagħ,” qal l-Ewroparlamentari Agius Saliba fl-indirizz tiegħu lill-Assemblea tal-Parlament.
“Irridu nifhmu li l-pressjonijiet li ġejjin minn barra l-fruntieri tal-Ewropa jseħħu għax in-nies iridu futur aħjar, u sakemm ma nipprovdux stabbiltà soċjali u ekonomika fil-pajjizi taghhom, huma serjibqgħu jitilqu minn pajjiżhom. Kulħadd jistħoqqlu ħajja dinjituża u deċenti. Għaldaqstant, għandna nkomplu ninvestu fil-ħolqien tal-impjiegi u fit-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku,” kompla l-Membru Parlamentari Ewropew.
Il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba kkonkluda billi qal li l-azzjoni kkoordinata bejn il-pajjiżi tal-AKP u tal-Unjoni Ewropea, ser tagħmel differenza fit-trattament tal-isfidi globali, reġjonali u lokali, bħall-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima.