L-awtopsja fuq il-katavru tal-mara li jumejn ilu ttellgħet mejta mill-baħar mill-bajja ta’ Spinola f’San Ġiljan, ikkonfermat li mietet mgħarrqa.
Il-vittma ġiet identifikata bħala Ċiniża ta’ 43 sena.
Kien għall-ħabta tas-7:10 tat-Tlieta filgħodu meta ttella’ l-ġisem bla ħajja tal-mara mill-baħar, wara li daħal rapport lill-Pulizija li ntlemħet persuna bla ħajja f’wiċċ il-baħar.