Tfajla ta’ 14-il sena tilfet ħajjitha wara li għal darb’ oħra sfat stuprata minn l-istess raġel fl-Indja.
L-uffiċjali tal-pulizija ta’ Delhi spjegaw li f’Mejju li għadda din it-tfajla spiċċat maħtufa minn l-istess akkużat li wettaq l-istupru f’Diċembru tas-sena li għaddiet.
Ic-chairperson tal-kummisjoni tan-nisa f’Delhi qalet lis-CNN li t-tifla kienet parti mill-grupp soċjali magħruf bħala “Dalit”, li huwa tradizzjonalment magħruf bħala l-iktar ‘maħmuġ’ u l-agħar fost il-gruppi soċjali kollha.Il-ġenituri ta’ din it-tfajla spjegaw lill-pulizija li t-tfajla kienet mġiegħla tixrob kimika mill-akkużat li kien taħt liberta’ proviżorja.