Għexieren ta’ persuni nqatlu fl-Iran fi ftit jiem mindu bdew il-protesti kontra ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fjuwil.
Kelliem tan-Nazzjonijiet Magħquda appella biex l-uffiċjali ta’ sigurtà ma jużawx forza eċċessiva, inkluż sparar ta’ armi.
Qed jingħad li f’inqas minn ħamest ijiem inqatlu aktar minn mitt persuna, għalkemm in-numru mistenni jiżdied.
L-istampa tas-sitwazzjoni preżenti mhix daqstant ċara minħabba li l-Gvern tal-pajjiż qata’ l-internet u kull aċċess onlajn, iżda l-protesti żdiedu fl-aħħar jiem f’numru ta’ bliet u rħula fil-pajjiż.