Jozsef Laszlo Kota ta’ 32 sena mill-Ungerija nżamm arrestat wara li qed jiġi akkużat li stupra tfajla Maltija li kienet fis-sakra fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli. L-allegat stupru seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u Sibt, wara li l-akkużat iltaqa’ mat-tfajla f’party. L-Ungeriż kien imfittex mill-pulizija fejn instab l-Ħadd filgħodu.
Quddiem il-Maġistrat Clare Stafrace Zammit huma ġie akkużat ukoll b’sewqan perikoluż, li kien taħt l-effett tal-alkoħol u d-droga, u li kellu mniżżel indirizz falz fuq id-dokumenti tal-identità.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkuzi miġjuba kontrih. Bil-pulizija argumentat li l-akkużat għandu jinżamm arrestat minħabba li ħalla lit-tfajla mwerwra.
Huwa ilu jgħixu Malta madwar 4 snin, u qal li ma kienx jaf lit-tfajla, iżda sar jafha fil-party fil-lejl tal-ġimgħa.