Disat irġiel barranin intgħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs wara li ppruvaw iħallu Malta b’passaport iffalsifikat.
L-irġiel huma ta’ nazzjonalità Sudaniża, mill-Kosta tal-Avorju, Guinea, Togo u mill-Ġorgja. L-etajiet tagħhom ivarjaw minn 16 sa 35 sena.
Minnhom, 6 irġiel ippruvaw jaqbdu titjira lejn Pariġi, b’passaporti u dokumenti tar-residenza tal-Italja iffalsifikati.
Żewġt irġiel ġew arrestati wara li qabdu catamaran lejn Sqallija u persuna oħra ġie arrestat wara li pprova jitlaq minn Malta lejn l-Ingilttera.
Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech huma wieġbu ħatja għall-akkużi fil-konfront tagħhom fosthom li iffalsifikaw dokumenti.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Lara Butters.