Il-Kap tal-Oppożizzjoni nqabad ma jgħidx il-verità meta fil-Parlament qal li l-Ministru u s-Segretarji Parlamentari huma eżenti mill-multa għal dawk li jonqsu milli jmorru l-Parlament. Dan għax il-Ministri huma eżenti meta jkunu fuq xogħol tal-Gvern barra l-pajjiż.
Wara li għamel argument wara ieħor kif membri tal-Kabinett huma eżenti qam il-Ministru Carmelo Abela li fisser kif dan mhux minnu. U żied iktar minn hekk. “Li hemm differenti hi li aħna m’aħniex nieħdu l-onorarja,” qal Abela li fakkar kif illum il-Ministru ma jieħdux l-onorarja ta’ membru parlamentari kif għamlu l-ministri ta’ GonziPN fi żmien li ħadu l-€500 fil-ġimgħa żieda. Hawn il-Kap tal-Oppozizzjoni prova jdawwarha u qal li ministru xorta għandu jkun immultat għax il-Parlament hija l-ogħla istituzzjoni