Fil-Qorti kompliet tinstema x-xhieda fil-konfront ta’ Andrew Mangion li jinsab mixli bil-qtil tas-sieħba tiegħu Eleanor Mangion Walker. Il-vittma instabet mejta fit-3 ta’ Lulju li għadda.
Waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-Qorti, l-Ispettur Kylie Borg qalet lill-Qorti li t-tifla ta’ Walker kienet konxja ta’ x’qed jiġri meta ommha kienet irrappurtata nieqsa u meta semgħet li missierha kien imfittex mill-Pulizija. “Sakemm ommi ma mitietx naħseb li nerġa nara,” qalet it-tifla lill-Pulizija ftit ħin qabel ma saret taf li ommha kienet mejta, iżda kien anke fil-Qorti li ċ-ċkejkna qalet li għadha tittamma li tara ’l ommha dieħla mill-bieb tad-dar.
Julian Grech, is-sid tal-post tax-xogħol ta’ fejn Andre kien jaħdem, qal li r-relazzjoni ta’ bejn il-koppja Mangion marret lura minn meta kellhom it-tifla, bir-raġel kien jgħid li martu kienet taqlibielu ma’ numru t’irġiel. Saħansitra Andre kien qallu li lest isawwat lil martu.