Bidu tal-ġimgħa differenti għall-11-il membru tal-Caritas Youths li t-Tnejn filgħodu telqu lejn Krakow fil-Polonja biex jattendu għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.
one.com.mt żar l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ftit tal-ħin biss qabel maż-żgħażagħ telqu fuq it-titjira KM514 biex jibdew din l-esperjenza.
Andre Bonello, li jieħu ħsieb il-Caritas Youths fissrilna kif dawn iż-żgħażagħ se jingħaqdu ma’ madwar żewġ miljun oħra fi żjara ta’ għaxart ijiem biex jiċċelebraw il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ għal din is-sena. Dawk li tkellimna magħhom dehru lkoll entużjasti u eċitati għal dak li mistennija toffrilhom din il-ġimgħa partikolarment fejn tidħol il-fidi. Fil-bidu ta’ dan il-vjaġġ ta’ fidi u meditazzjoni, bit-tema tal-ħniena, ilkoll stqarrew li jinsabu ħerqana għal meta fi tmiem din il-ġimgħa jintlaħaq il-qofol tal-Jum Dinji għaż-Żgħażagħ biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa mill-Papa Franġisku.
https://www.youtube.com/watch?v=AS_7TfFmwnc