Malta qed isservi bħala punt ta’ referenza fejn imprendituri femminili minn pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq u Lvant Nofsani jistgħu jaqsmu ħsibijiet u opportunitajiet ta’ negozju ma’ imprendituri nisa minn Malta u l-Ewropa.
Dan ħareġ fl-ewwel Arab-European Businesswomen Forum li ttella’ f’pajjiżna. Il-Forum laqqa’ flimkien imprendituri nisa minn Malta, il-Ġordan, il-Palestina, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Kuwajt fost l-oħrajn. Dan fl-isfond li qed jiżdiedu l-opportunitajiet għal nisa fid-dinja Għarbija biex ikunu involuti fil-qasam tan-negozju jew biex ikunu imprendituri huma stess.
Id-Deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Palestina Amal Jadou, esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha għal dan il-pass proattiv ta’ pajjiżna li jaffaċilità dan id-djalogu. Minkejja d-differenza fil-lingwi u t-tradizzjonijiet bejn iż-żewġ kontinenti, qed joħroġ il-potenzjal li toffri l-mara f’dan iż-żmien.
Huwa spjega li “This is a new domain for women in the Arab World, being businesswomen or working in business. Mainly women have been focused a lot on education, working as teachers or doctors or many other professions but when it comes to business this is a new frontier and I’m very pleased that Malta is supporting that.”
Il-Forum kien indirizzat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, li qal kif pajjiżna li jinsab nofs triq bejn l-Ewropa u l-Afrika, jemmen fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jattwaha ta’ kuljum. Saħaq li dan qed isir mhux biss bħala parti mill-iżvilupp għall-futur ta’ pajjiżna iżda wkoll bħala parti mill-miri ta’ żvilupp sostennibbli tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-2030.
Dikjarazzjoni li ġiet mfaħħra minn Dr Jadou hekk kif saħqet li hemm ħafna oqsma fejn in-nisa jistgħu jagħtu kontribut. Huwa temm jgħid: “There are many opportunities for women to work together to enhance their cooperation in the areas of IT, trade even cultural industry and so many many fields to work on. I believe that the presence of your Foreign Minister today is an indication of the support Malta gives to such initiatives.”