Bħalissa qed isiru t-tħejjijiet finali għall-Forum Malti dwar is-Sostenibbiltà, li hu l-ewwel avveniment tax-xorta tiegħu u li se jittella’ għada, l-14 ta’ Novembru, fil-Westin Dragonara Resort. Il-prezz tal-biljetti jibda minn €20, u dan jinkludi ikla għal skopijiet ta’ networking.
Organizzat minn APS Bank bi sħab ma’ COOL, Gasan Mamo, GO u PwC, il-Forum għandu aġenda mimlija daqs bajda b’taħdidiet li jqanqlu ispirazzjoni minn imħuħ ewlenin lokali u internazzjonali dwar is-suġġett tas-sostenibbiltà, kif ukoll edizzjoni speċjali tas-serje popolari APS Talks, li se tkun indirizzata mill-istrateġista fil-qasam tas-sostenibbiltà u CSR il-Professur Ioannis Ioannou.
Il-konferenza, li se tibda fil-11 ta’ filgħodu, se tagħti l-opportunità lill-parteċipanti li jifhmu aħjar l-isfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi li d-dinja qed tħabbat wiċċha magħhom, fl-isfond tas-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) stabbiliti min-Nazzjonijiet Uniti.
Il-forum se jiftaħ b’taħdita prinċipali mill-Onor. Ministru José Herrera – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, u diskors mill-E.T. Il-President ta’ Malta, Dott. George Vella. Kelliema oħra jinkludu Adrien Labaeye – Fellow ta’ Sharing Cities u riċerkatur PhD fil-Humboldt Universität zu Berlin, Carl Pratt – Fundatur ta’ Future Planet, Nicole Klaesener-Metzner minn Project Aegle Foundation, u Zen D’Amato Gautam minn Eco Market Malta, fost oħrajn.
Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden jattendi l-Forum Malti dwar is-Sostenibbiltà, u fadal ftit biljetti li jistgħu jinkisbu minn hawn. Il-Forum se jdum sal-4.30 ta’ waranofsinhar, b’ikla għan-networking fis-1 ta’ warafosinhar. L-edizzjoni speċjali tas-serje APS Talks indirizzata mill-Prof. Ioannis Ioannou se tittella’ wara l-Forum. Aktar dettalji u biljetti kkombinati huma disponibbli fuq is-sit elettroniku.